Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ipprova jwarrab ir-responsabbiltà mill-kuntratt tal-isptarijiet; li hu stess kien poġġa fil-parlament.
Dan jirriżulta minn tweġiba parlamentari għal mistqosija li għamlet id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg staqsiet lill-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa mistoqsijiet b’referenza għall-kuntratt tal-Vitals Global HealthCare (VGH) imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa innifsu fid-9 ta’ Ottubru 2016 partikolarment minħabba li ħafna mill-informazzjoni tal-kuntratt kienet moħbija u ħafna paġni kienu vojta.
Hi staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx jaf x’fih il-kuntratt u jekk iva, meta sar jaf u jekk hux se jġorr ir-responsabbiltà tal-kontenut ta’ dan id-dokument. Jekk le, hux se jkun qed iġorr ir-responsabbiltà ta’ dokument li qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra bla ma kien jaf x’fih.
Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne wieġeb li l-Kuntratti tal-Vitals Global HealthCare (VGH) ingħataw b’mod komplut, flimkien mad-dokumenti oħra marbuta mal-istess proġett lill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali, li fil-konklużjonijiet pubbliċi tiegħu jinnota ‘t-twarrib tal-Ministru tas-Saħħa minn kull involviment sinifikanti fuq l-andament ta’ din il-konċessjoni relatata direttament mas-saħħa pubblika’.
//= $special ?>