Futbol Sport

EURO 2024 – Round ta’ Kwalifikazzjoni: Xalata ta’ gowls mill-Ingilterra kontra l-Maċedonja ta’ Fuq

(Ritratt: EPA)

Grupp B:
State de France, Pariġi
Franza 1-0 Greċja

Gowl minn penalty fil-55 minuta b’Kylian Mbappe jgħeleb lil Odysseas Vlachodimos, kien biżżejjed għal Franza biex kisbu r-raba’ rebħa minn daqstant partiti, leaders assoluti fil-grupp.
Fid-69 minuta tkeċċa Kostantinos Mavropanos għal Grecja.

Grupp C:
Old Trafford, Manchester
Ingilterra 7-0 Macedonja ta’ Fuq

Mill-4-0 kontra Malta għal rebħa oħra kbira għall-Ingilterra b’Bukayo Saka protagonista bi tlett gowls.
Fid-29 minuta minn azzjoni ta’ Luke Shaw kien Harry Kane li fetaħ l-iskor. Fit-38 minuta l-Ingilterra rduppjat permezz ta’ Bukayo Saka li minn pass ta’ Kyle Walker għeleb lil Stole Dimitrievski. Fil-45 minuta minn azzjoni ta’ Jordan Henderson kien Marcus Rashford li għamel l-iskor 3-0 fi tmiem l-ewwel taqsima.
Fis-47 minuta l-iskor sar 4-0 mill-gdid permezz ta’ Bukayo Saka minn azzjoni ta’ Trent Alexander Arnold. Erba’ minuti wara wasal it-tielet gowl ta’ Saka din id-darba minn azzjoni ta’ Harry Kane.
Fl-64 minuta kien Kalvin Phillips li kompla jkabbar l-iskor għal 6-0 sabiex l-aħħar gowl għall-Ingilterra kien skorjat minn penalty b’Harry Kane jgħeleb lil Stole Dimitrievski għal 7-0.

Grupp D:

Samsun 19 Mayis Stadium
Turkija 2-0 Wales

B’rebħa ta’ 2-0 fuq Wales, it-Turkija jinsabu fil-quċċata ta’ Grupp D b’9 punti iżda b’logħba aktar mill-Armenia li għandom 6.

Fil-41 minuta, Fabio Maresca keċċa lil Joe Morrell ta’ Wales bl-ewwel taqsima tintemm 0-0.

Fis-64 minuta ċans għat-Turkija li tiftaħ l-iskor iżda Hakan Calhanoglu minn penalty falla. Fit-72 minuta t-Torok imorru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Baris Yilmaz kien Mehmet Umut Nayir li għeleb lil Danny Ward. Tmien minuti wara Arda Guler minn azzjoni ta’ Orkun Kokcu rdoppja u għalaq il-partita.

Riżultati:

Grupp B:

Franza 1-0 Greċja

Irlanda 3-0 Ġibiltà

Grupp C:

Ukrajna 1-0 Malta

Ingilterra 7-0 Maċedonja ta’ Fuq

Grupp D:

Armenja 2-1 Latvja

Turkija 2-0 Wales

Grupp H:

Finlandja 6-0 San Marino

Irlanda ta’ Fuq 0-1 Każakistan

Grupp I:

Żvizzera 2-2 Rumanija

Iżrael 2-1 Andorra

Belarus 2-1 Kosovo