It-Tlieta wara nofsinhar ittellgħu l-poloz tal-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League f’Nyon l-Isvizzera. Iċ-Champions Maltin Ħamrun Spartans se jiftħu l-impenji tagħhom kontra t-tim ta’ Maccabi Haifa tal-Iżrael
It-tim immexxi mill-coach Luciano Zauri jiftaħ l-impenji tiegħu fil-11/12 ta’ Lulju filwaqt li ġimgħa wara Ħamrun Spartans jilagħbu t-tieni leg, fit-18/19 ta’ Lulju.
L-istaġun li għadda, l-avversarji ta’ Ħamrun, Maccabi Haifa lagħbu fi Grupp H tal-UEFA Champions League kontra t-timijiet ta’ PSG, Juventus u Benfica. Minn dan il-grupp Maccabi kisbu rebħa waħda kontra t-tim ta’ Juventus bl-iskor ta’ 2-0.
Maccabi Haifa rebħu l-kampjonat b’distakk ta’ 7 punti fuq l-eqreb tim Hapoel Beer-Sheva.
Għall-midfielder ta’ Ħamrun Spartans Joseph Mbong dan mhux se jkun avversarju ġdid hekk kif l-istaġun li għadda ma’ Hapoel Ironi Kiryat Shmona, l-Internazzjonali Malti kien parti mill-ewwel ħdax fit-telfa ta’ 3-2 kontra Maccabi fil-Kampjonat.
Aktar tard illum ikunu magħrufa t-timijiet avversarji għal Birkirkara, Gzira U u Balzan mill-UEFA Europa Confernce League.
//= $special ?>