Kuntrarju għal dak li ħafna ħasbu, iċ-ċifri uffiċjali tal-Ufficcju Meterjoloġiku juru li r-Rebbiegħa kien staġun aktar xott minn normal…. hekk kif ma ntlaħqitx il-kwota tax-xita li s-soltu jkollna f’dan l-istaġun.
Kien matul ix-xahar ta’ Mejju meta esperjenzajna l-aktar ġranet bix-xita; filwaqt li dan kien xahar aktar imdallam mis-soltu. U allura t-temp li kellna f’Mejju kien wieħed differenti minn tas-soltu.
Ir-rebbiegħa meteoroloġika ntemmet fuq nota mxarrba hekk kif Mejju pproduċa 8.2 mm xita aktar min-norma klimatika ta’ 10.2 mm. Għalhekk bejn Marzu u Mejju kienu mkejla 50mm ta’ xita li jindika rebbiegħa aktar xotta mis-soltu hekk kif ma nlaqħqitx il-kwota tax-xita li tinżel matul ir-rebbiegħa.
Matul ir-rebbiegħa kien hemm tliet ġranet ta’ maltempati bis-sajjetti u 14-il ġurnata bix-xita hekk kif temp instabbli baqa’ jippersisti sa tard fix-xahar ta’ Mejju.
Minkejja l-maltemp li kellna f’Mejju l-aktar ġurnata mxarrba tar-rebbiegħa kienet f’April.
Barra minn hekk, il-Gżejjer Maltin gawdew ukoll minn numru ta’ ġranet sbieħ, hekk kif b’kollox kienu mkejla kważi 761 siegħa ta’ xemx. Marzu u April kienu aktar xemxin mis-soltu iżda Mejju kien aktar imdallam min-normal.
Filwaqt li t-temp f’Mejju kien pjuttost barra minn żmienu, l-ogħla temperatura tal-istaġun intlaħqet proprju matul ix-xahar ta’ Mejju hekk kif t-temperatura telgħet għal 27.3°C. Mill-banda l-oħra, l-inqas temperatura kienet irreġistrata f’Marzu meta niżlet għal 7.9°C.
Matul l-istaġun tar-rebbiegħa l-baħar beda jisħon bit-temperatura medja ta’ wiċċ il-baħar tiżdied bi 2.2°C bejn Marzu u Mejju sabiex laħqet 18.4°C f’Mejju.
Intant….f’Mejju esperjenzajna aktar riħ mis-soltu hekk kif l-Uffiċċju Meterjoloġiku ħareġ 20 twissija f’Mejju biss.
//= $special ?>