Lokali Qorti

Jekk “Lilu King” jiġi estradit jista’ jiġi ttorturat jew jinqatel – difiża

“Lilu King” x’aktarx jiġi ttorturat jew saħansitra maqtul li kieku kellu jiġi estradit lejn il-Libja, insistew l-avukati tiegħu fil qorti. Lilu King li huwa magħruf bih l-aktar ma dawk li jafuh huwa Mohamed Ali Ahmed Elmushraty, għaddejja minn proċeduri fil-qorti għal allegat involviment fi grupp ta’ kriminalità organizzata, evażjoni tat-taxxa u ħasil ta’ flus.

Nota ppreżentata fil-Qorti tgħid ukoll nhar it-Tnejn l-Qorti kienet infurmata l-Libja qed tippjana li titlob l-estradizzjoni tiegħu biex tiffaċċja akkużi ta’ qtil u reati serji oħra. Dokumenti mibgħuta mill-Interpol Tripli ġew prodotti biex isostnu dik it-talba.

Iżda l-avukati ta’ Elmushraty f’nota mressqa quddiem il-Qorti tal-Maġistrati qalu li mhux biss ma kien hemm l-ebda garanzija ta’ proċess ġust jekk il-klijent tagħhom kellu jiġi estradit, iżda x’aktarx ikun ittorturat jew saħansitra maqtul hemmhekk.

Irrimarkaw li Elmushraty kien ingħata status ta’ refuġjat f’Malta proprju għax kien ippersegwitat fil-Libja. Id-dokumenti mill-Interpol kellhom jitqiesu fil-kuntest tal-istatus ta’ refuġjat ta’ Elmushraty u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li jiggarantixxu protezzjoni kontra t-tortura u trattament inuman jew degradanti.

Dik il-Konvenzjoni kienet tifforma parti mil-liġi Maltija. Kieku l-estradizzjoni kellha tgħaddi, mhux biss Elmushraty ma jkunx garantit proċess ġust iżda kien hemm “possibbiltà reali” li jiġi ttorturat jew saħansitra maqtul.

Is-seduta tkompli llum wara nofsinhar meta l-qorti mistennija tisma’ s-sottomissjonijiet dwar jekk il-prosekuzzjoni ppreżentatx biżżejjed provi prima facie biex l-akkużat jgħaddi ġuri fuq akkuża. L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Francesca Zarb iffirmaw in-nota.