Kienu 16.5% tal-kunsillieri illi vvutaw fil-votazzjoni bikrija li saret it-Tnejn filgħaxija sabiex ikunu eletti l-membri tal-Eżekuttiv Nazzjonalista. Il-votazzjoni fetħet fil-ħamsa ta’ waranofsinhar u għalqet fid-disgħa ta’ filgħaxija.
B’kollox għal din l-elezzjoni tefgħu n-nomina taghhom 25 persuna; b’disgħa minnhom ikunu nisa, għaxar irġiel, erba’ żgħażagħ u żewġ Għawdxin.
Wara l-votazzjoni bikrija tat-Tnejn, is-Sibt li ġej imbagħad se tinżamm il-votazzjoni ewlenija biex ikunu eletti sitt nisa u sitt irġiel.
Fil-każ tal-listi taż-żgħażagħ u l-Għawdxin, dawk li tefgħu n-nomina huma awtomatikament eletti minħabba li ntefgħu nomini skont kemm huwa meħtieġ mill-Istatut tal-Partit Nazzjonalista. L-elezzjoni tas-Sibt li ġej se tinżamm bejn id-9am u l-5pm fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà u bejn id-9am u t-3pm fis-Sub-Headquarters f’Ta’ Sannat.
//= $special ?>