Lokali Qorti

Lilu King kien ittorturat fil-Libja għaliex missieru kien kurunell fi żmien Gaddafi – Miċħuda talba għall-pleġġ u jitpoġġa taħt att ta’ akkuża

Ahmed Elmushraty, magħruf bħala Lilu King qed jiffaċċja proċeduri kriminali fuq involviment fi grupp ta’ kriminalità organizzata, evażjoni tat-taxxa u ħasil ta’ flus kien kellem uffiċjal li taħdem fl-uffiċċju legali tal-kummissjoni tar-refuġjati li l-fatt li hu kien sofra minn tortura minħabba li l-familja tiegħu kienu qrib l-eks Mexxej Libjan Muammar Gaddafi.

Meta kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Elmushraty xehdet Dr Sarah Ezabi li taħdem fl-uffiċċju legali tal-kummissjoni tar-refuġjati. Qalet li l-akkużat kien applika għal protezzjoni internazzjonali fit-30 ta’ Ottubru 2015. Sadanittant tard fil-għaxija l-Qorti ċaħdet talba għall-pleġġ fil-konfront ta’ Lilu King għall-pleġġ bil-Qorti tgħid ukoll li hemm evidenza biżżejjed biex jitqiegħed taħt att ta’ akkuża.

Dr. Ezabi fix-xhieda tagħha qalet li huwa kien ġie intervistat fid-19 ta’ Novembru 2015 u kien semma fost ir-raġunijiet għaliex qed japplika, fosthom is-sitwazzjoni fil-Libja kif ukoll li kellu xi relazzjonijiet ma’ Gaddafi. Ix-xhud qalet li qalilhom li fil-Libja inqabad u spiċċa ttorturat għaliex missieru kien kurunell mal-eks reġim tal-Libja.

Qalilhom ukoll li telaq mil-Libja fl-2011 u kien applika f’Malta għal protezzjoni fil-5 ta’ Diċembru 2015. Ix-xhud qalet quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li hu kien ingħata status ta’ refuġjat għall-perjodu ta’ tleit snin u li dan jiġi mġedded kull tliet snin.

Fl-2022, baqa’ ma ġeddidx l-istatus tiegħu u wara sena fis-26 ta’ Mejju 2023, l-uffiċċju wara sena li matulha ma’ rċevix applikazzjoni biex iġġedded, irtira l-protezzjoni fil- ta’konfront Elmushraty. Waqt il-kontro-eżami, Dr. Ezabi tenniet li l-akkużat kellu status ta’ refuġjat sal-21 ta’ April 2022.

Qalet li l-liġi tobbligah li jġedded status ta’ protezzjoni tiegħu u mis-sistema ħareġ li kif skadew 12-il xahar mill-aħħar ġurnata li skada l-istatus, mbagħad ittieħdet id-deċiżjoni li jiġi rtirat l-istatus. L-avukat Debono staqsa jekk tafx li hemm applikazzjoni oħra, iżda x-xhud wieġbet fin-negattiv u dan għax ma jirriżultax mill-file tiegħu.

Wara xehed żgħażugħ li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti li qal li jaf ilu jaf lil Lilu King għal dawn l-aħħar tliet snin. Kien jafu permezz tal-gym u post ta’ divertiment f’Paceville. Tennal li darba l-akkużat tah iċ-ċavetta tal-karozza u qallu li kellha bżonn xi tiswijiet u x-xhud kien aċċetta.

Xehed li kien għamel it-tiswijiet u kienu swewh madwar €2,000 li baqa’ qatt ma tħallas tagħhom.
Xehed ukoll dealer tal-karozzi li fl-awla għaraf lill-akkużat li qal li lejliet jum l-omm ta’ din is-sena, kien avviċinah biex jixtri żewġ karozzi karozzi lussużi mingħandu.

Qallu li fuq karozza minnhom jkellmu aktar żl quddiem iżda fuq l-oħra ma kienx interessat għaliex kellha pjanċi ta’ reġistrazzjoni barranin. Qal li Elmushraty kien talbu €20,000 għall-BMW bil-pjanċi barranin u €40,000 għal Mercedes bil-pjanċi lokali.

Qal li kien rah Medasia u kien qallu trid €35,000 għall-Mercedes u Elmushraty aċċetta mill-ewwel. Qal li l-Mercedes kien daħal għandu bil-pjanċa ta’ reġistrazzjoni 1King. Xehed li qatt qabel ma kien għamel negozju mal-akkużat. Fil-kontroeżami, ix-xhud qal li sid il-Mercedes ma kienx l-akkużat.

Xhud f’isem Muscat Motors xehed dwar vettura li daħlet għal xi testijiet bil-pjanċi ta’ reġistrazzjoni Lilu King. Qal li ħsarat fuq il-karozza Range Rover, kien hemm mhux ħażin. Żied li l-istima kienet tqarrab il-€15,000, iżda għax-xogħol għadu ma tħallasx kollox. Qal li kien ħallas depożitu ta’ €5,000. Ix-xhud ma jafx min hu l-akkużat u qatt ma rah qabel.

L-Avukat Franco Debono qal li fis-seduta tat-Tnejn ingħad li jista’ jkun li ssir talba għall-estradizzjoni u kien għalhekk li ppreżenta nota t-Tlieta filgħodu. Tenna li l-Libja ilha 10 snin fi gwerra ċivili fejn id-drittijiet tal-bniedem mhux rispettati u kien għalhekk li f’Malta ngħata l-istatus ta’ refuġjat għax kien persegwitat fil-LIbja.

L-Avukat fl-uffiċċju tal-avukat ġenerali, Antoine Agius Bonnici qal li fis-seduta tat-Tlieta xehdet Dr. Sarah Ezabi li taħdem fl-uffiċċju legali tal-kummissjoni tar-refuġjati. Agius Bonnici qal li l-istess xhud qalet li l-akkużat ma kienx ġedded l-istatus tiegħu u kienet irtirata l-protezzjoni fil-konfront tiegħu.

Saret ukoll trattazzjoni dwar il-prima facie fejn l-Avukat Franco Debono qal li din hija biss “fishing expedition” par excellance u din toħroġ mill-provi fl-erba’ seduti li saru. Fuq ħasil ta’ flus ma rriżulta xejn, u għalhekk l-avukat qal li kien qed jikkontesra l-prima facie. Tenna li fl-agħar ipotesi u vera minima, hija l-kwistjoni ta’ taxxa.

Dr. Debono iżda tenna li madankollu minkejja li staqsa jekk qatt bagħtu għalih fuq it-taxxa, jidher li qatt ma nfurmawh b’xi ħaġa, “Jekk il-klijent tiegħi kien qed jiddikjara l-qligħ tiegħu , allura lanqas kwistjoni ta’ taxxa ma hemm,” qal l-avukat.

Kompla jgħid li l-provi huma fjakki fejn it-Tnejn li għadda tfaċċat forċina bl-allegazzjonijiet mil-Libja. Se nġibu provi minn dan il-pajjiż biex insostnu dan il-każ? Allaħares naslu fi stat li jiġu aċettati provi minn pajjiż li jittortura lill-akkużat.

Debono qal li l-prosekuzzjoni tinsab il-bogħod ferm milli tipprova l-każ tagħha għax ma ġabet xejn u ma rriżulta xejn, lanqas ma’ dak li għandu x’jaqsam il-kriminalità organiżżata. Dwar il-pleġġ jekk dan ħareġ mill-pajjiż, irritorna minkejja li jaf li hemm proċeduri kontrih.

L-avukat Agius Bonnici qal li jingħata jew ma jingħatax status ta’ refuġjat mhux se jaffettwa l-ħelsien mill-arrest. Investigazzjoni dwar ħasil ta’ flus tieħu fit-tul. Qabel jingħata l-pleġġ il-Qorti trid tkun sodisfatta li m’hemmx biżgħat bħal li jonqos li jidher il-Qorti, li jitlaq minn Malta jew li ma jobdix l-ordnijiet.

“Diġà smajna li dan qabad u siefer. Il-livell ta’ fiduċja tal-prosekuzzjoni fl-akkużat hu baxx ħafna aktar u aktar issa li smajna li hemm ġurisdizzjonijiet barranin li jridu lill-akkużat biex jiffaċċja proċeduri oħra agħar minn t’hawn.

Biża ta’ kontaminazzjoni tal-provi hi reali wkoll, diġà smajna b’xhieda li ppruvaw jiġu mitkellma. Dwar l-indirizz tajjeb li l-Qorti tkun taf ta’ min hu dan l-appartament. L-avukat Debobo qal li la legge e ugwali per tutti.

Fil-kawżi Republika ta’ Malta kontra Ryan Schembri u Adrian Hillman, ingħataw ħelsien mill-arrest. Xhieda pajżana nġiebu imma biss fuq insistenza tad-difiża. Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech iddefirixxiet għ filgħaxija d-digriet dwar ħelsien mill-arrest u dak dwar il-prima face.

It-talba tal-boxer Libjan Mohammed Ali Ahmed Elmushraty għall-ħelsien mill-arrest ġiet miċħuda mill-Qorti nhar it-Tlieta. F’digrieti mogħtija tard wara nofsinhar, il-qorti ċaħdet it-talba għal libertà proviżorja ta’ Elmushraty u ddikjarat li kienet rat biżżejjed evidenza prima facie biex timmerita l-akkuża ta’ Elmushraty.

Ix-xhieda li nstemgħet s’issa tindika li kien hemm każ għalih biex iwieġeb, iddeċidiet il-qorti. “Ma kien hemm l-ebda dubju li d-delitt li qed jiġi ttrattat kien ta’ ambitu usa’ u kien jinvolvi aktar individwi minn dawk akkużati bħalissa,” qal il-maġistrat.

Waqt li kkwota kawżi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB), il-maġistrat qalet li f’kawżi li jinvolvu l-kriminalità organizzata, ir-riskju li akkużat il-ħelsien jista’ jagħmel pressjoni jew jintimida lil ħaddieħor kien akbar.

Dan jista’ joħloq ostaklu għall-investigazzjoni li għaddejja, qal il-maġistrat, waqt li osserva wkoll li Elmushraty jinsab akkużat li kiser żewġ settijiet ta’ kundizzjonijiet ta’ libertà proviżorja imposti qabel u li xhud kien diġà ġie avviċinat u qal kif għandu jixhed.

Minbarra dan kien hemm ir-riskju reali li Elmushraty jaħrab, qalet il-maġistrat. Il-qorti kompliet tosserva li l-protezzjoni tar-refuġjati tiegħu bħalissa ġiet revokata u għalissa Elmushraty ma setax jitħalla jiċċirkola liberament fis-soċjetà għal dawn ir-raġunijiet.

Il-proċedimenti fuq il-libertà proviżorja nqalgħu tul tliet sigħat, b’sottomissjonijiet punġenti li laħqu l-qofol tagħhom fl-ispettaklu mhux xieraq tal-avukat ta’ Elmushraty li jissuġġerixxi li l-maġistrat kien qed jiddiskrimina kontra l-klijent tiegħu.

L-Ispetturi tal-Pulizija Mark Anthony Mercieca, Alfredo Mangion u Tomjoe Farrugia qed imexxu l-prosekuzzjoni. Il-prosekuturi Antoine Agius Bonnici u Dejan Darmanin irrappreżentaw lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fil-prosekuzzjoni ta’ Mohamed Ali Ahmed Elmushraty. L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Francesca Zarb huma avukati difensuri tal-akkużati. Il-kawża se tkompli fil-31 ta’ Lulju li ġej fid-9am.