Futbol Sport

Magħrufa l-avversarji ta’ Birkirkara, Gżira u Balzan fil-UEFA Europa Conference League

It-Tlieta wara nofsinhar ittellgħu l-poloz mill-ewwel round tal-UEFA Europa Conference League fejn saru magħrufa l-avversarji tat-timijiet Maltin Birkirkara, Gżira United u Balzan.

F’dawn il-poloz it-tim ta’ Gżira kien l-unika tim Malti seeded filwaqt li Birkirkara u Balzan kienu fil-polza unseeded.

It-tim ta’ Balzan jirritorna f’kompetizzjoni Ewropea wara nuqqas ta’ erba’ snin fejn se jkunu qed jilagħbu kontra t-tim ta’ NK Domžale tal-Islovenja. Domžale fil-kampjonat ta’ pajjiżhom spiċċaw fir-raba’ post bi 52 punt.

Birkirkara jibdew l-impenji tagħhom ukoll kontra tim Sloven, din id-darba kontra NK Maribor li fil-kampjonat spiċċaw fit-tielet post bi 62 punt.             

Gżira United jaffrontaw lit-tim mill-Irlanda ta’ Fuq Glentoran FC li fil-kampjonat domestiku spiċċaw fit-tielet post b’74 punt.                     .

L-ewwel round se jintlagħab fit-13 u fl-20 ta’ Lulju.