Libjan ta’ 28 sena nżamm arrestat wara li ġie li kien kompliċi f’serqa ta’ tmien mobles li jiswew aktar minn €5,000. L-allegat serq u attentat ta’ serq saru f’żewġ okkażjonijiet f’perjodu ta’ sitt ijiem, u t-tnejn fis-satra tal-lejl.
Ali Ahmed Abdrirahman residenti Ħal Qormi u li qal lill-Qorti li jaħdem bħala labourer, wieġeb mhux ħati quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech għall-akkużi ta’ serq, attentat ta’ serq u li kien kompliċi f’serqa.
L-Ispettur Ramsley qal li għand il-pulizija daħal rapport dwar mobiles misruqa mill-kumpanija Epic ta’ Birkirkara. Meta bagħatu għall-akkużat fuq informazzjoni li kellhom il-pulizija, dan mar l-għassa bl-istess karozza li ħarab biha wara li seraq il-mobiles u arrestawh. Il-Pulizija waslet għal akkużat minn filmati tas-CCTV li hemm fejn il-kumpanija.
L-attentat ta’ serq u s-serq sar fl-4 ta’ Ġunju għall-ħabta tal-4.30am u fl-10 ta’ Ġunju fit-3.30am. b’ta’ l-ewwel il-Pulizija tgħid li s-serqa ma sarix minħabba xi ħaġa nċidtenali u ndipendenti mill-volontà tiegħu. Huwa ġie mixli li wettaaq dan ir-reat ma’ persuni oħra. Il-Qorti ordnat li l-akkużat jinżamm arrestat, bl-avukat ta’ Abdrirahman baqa’ ma tfaċċax fil-Qorti.,