Wayne Hall ta’ 33 sena, electician li joqgħod l-Isla ġie mixli li seraq vettura, li saqha mingħajr liċenzja tas-sewqan u mingħajr polza ta’ assikurazzjoni dwar riskji għal terzi persuni. Il-pulizija xlietu wkoll li għamel ħsara fi ħwejjeġ ħaddieħor, li seraq numru ta’ għasafar lill-missieru u li kiser kundizzjonijiet imposti mill-Qorti.
Hu wieġeb mhux ħati tal-akkużi u l-avukat Luke Valletta għamel talba għall-ħelsien mill-arrest. Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Kurt Farrugia oġġezzjonat, minħabba biża ta’ kontaminazzjoni tal-provi u għax ma ma jistax jgħix ma’ missieru fid-dawl tal-akkużi.
Il-Qorti presedua mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest f’dan l-istadju tenut kont għan-nuqqas tal-affidabilità tal-akkużat u għax iridu jixhdu l-vittmi pajżana. Huwa ġie mixli li seraq il-karozza nhar il-Ħadd li għadda għall-ħabta ta’ l-4am. u li saqha b’mod eċċessiv.
Hall ġie akkużat ukoll li nhar il-Ħadd ukoll għall-ħabta tal-10am. kkommetta serq ta’ għasafar billi appropja ruħu għad-dannu ta’ ħaddieħor u dan fil-konfront ta; missieru. Li kkommetta serq waqt perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża u li sar reċidiv.