Attur li rajnih jinterpreta numru ta’ karattri, dawk leġġeri u dawk serji.
PROFILI se jkun qed jospita lil Fabian Scerri De Carlo, u se jkun qed jagħlaq l-istaġun bil-kbir. Il-karattri li interpreta se jkunu qed jixegħlu l-konversazzjoni, bl-attur iżda se jkun qed jirrakonta x’wassal biex għamel dawk il-karattri parti minnu.
Fabian Scerri De Carlo se jkun qiegħed jitkellem fuq ġrajjiet riċenti, fejn se tkun qed toħroġ aktar fil-beraħ kemm il-familja tfisser għall-profil.
PROFILI jixxandar illejla fit-8.30pm u għandu l-produzzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Beverly Abela.

