Charles Camenzuli
Fit-tieni ġurnata ta’ kompetizzjoni fil-World Games Special Olympics f’Berlin, aktar atleti Maltin fl-azzjoni.
Fl-Għawm Maria James fil-50m freestyle level A f’Heat numru 3 spiċċat fit-tielet post fi 48.05 sekondi. Fil-50m Backstroke f’Heat numru 2 temmet fir-raba’ post f’57:89 sekondi. Benji Camilleri fil-50m freestyle f’Heat numru 7 kwarti tal-finali temm fit-tieni post fi 30.79 sekondi. Fis-semi finali tal-50m Butterfly temm fir-raba’ post fi 33:24 sekondi. Alessia Distefsno ħadet sehem fil-100m, level A, semifinali, Heat numru 3 fejn temmet fl-ewwel post f’ 1:27:83 sekondi. Distefsno ħadet sehem wkoll fis-semi finali fil-100m Back Stroke f’Heat numru 1 fejn temmet fit-tielet post f’1:42:52 sekonda. Sam Micallef fil-Heat tal-100m Freestyle semifinali temm fir-raba’ post f’1:06:03 sekondi. Fil-Heat tas-semi finali tal-100m Backstroke daħal fit-tieni post f’1:22 17-il sekonda.
Fl-Atletika Jake Gatt fit-800m semi finali temm f’2.50.01 sekondi fejn għadda għal finali. Matthew Bugeja ġera fil-200m semi finali fejn hu daħal fir-raba’ post fi 28.65 sekondi fejn għadda għall-finali.
Fic-Ċikliżmu Sasha Cini, fil-5K Time Trial (Divisioning) temmet f’7 minuti u 16-il sekonda filwaqt li fuq l-istess distanza Carmelo Pace temm f’6 minuti 48 sekonda. Giuseppina Galea ħadet sehem fil-500m Time Trial (Divisioning)
Fit-Table Tennis komplew il-partiti Divisionings individwali fejn Samuel Borg rebaħ żewġ logħbiet kontra atleti mill-Korea t’Isfel u mill-Afrika t’Isfel. Doreen Vella minn naħa tagħha mal-ġurnata rebħet kontra partecipanti mill-Belġju u mic-Ċina.










