Lokali Qorti

Aċċess fuq il-post qabel ma jinstemgħu aktar xhieda fil-każ ta’ mara li mietet bil-mutur kaġun taż-żejt taż-żebbuġ

Ritratt: Martin Agius

Il-Maġistrat Marseanne Farrugia ddeċidiet li tagħmel aċċess fuq il-post qabel ma tkompli tisma’ aktar xhieda fil-każ ta’ anzjan ta’ 79 sena minn Ħad-Dingli – mixli b’rabta ma’ tixrid ta’ żejt li  kkawża u li ġie segwit minn inċident fatali ta’ mutur is-sena l-oħra u ħalla lil Marie Claire Lombardi ta’ 45 sena vittma.

Lombardi mietet fit-22 ta’ Ottubru 2022 riżultat ta’ ġrieħi li ġarrbet meta l-mutur tagħha Yamaha skiddja u ħabat f’centre strip fi Triq l-Imdina fir-Rabat. Lombardi, li kienet hairdresser, mietet fuq il-post. Joseph Cortis, li huwa pensjonant jinsab akkużat b’omiċidju involontarju, li b’negliġenza kkaġuna ħsarat fi proprjetà privata u ddepożita oġġetti fil-wiċċ tat-triq li kienu ta’ periklu.

Wara li semgħet uffiċjal tal-Pulizija tixhed dwar dak li rat meta marret fuq il-post, li jikkonsisti f’ħafna tixrid ta’ żebbuġ u li dan għamel il-wiċċ tat-triq mxarrba biż-żejt li ħalla u għalhekk kien ta’ periklu, l-Qorti qalet li jkun aħjar li hija tara b’għajnejha l-post tal-inċident biex tkun tista’ tifhem aħjar id-dinamika.

Għadu mhux magħruf meta se jsir dan l-aċċess, li x’aktar se jkun finaliżżat fi ftit tax-xhur oħra.  Fuq dan il-każ il-Pulizija L-Pulizija qed tikkontendi li mill-investigazzjonijiet irriżulta li Lombardi kienet tilfet il-kontroll tal-mutur tagħha minħabba materjal li kien inxtered fuq il-wiċċ tat-triq.

Fil-ħin tal-inċident kienu l-mutur spiċċja skiddja wara li fit-triq kien waqa’ numru konsiderevoli ta’ żebbuġ u li dan kien tgħaffeġ mit-traffiku tal-vetturi wara li ħareġ minn kaxxi tal-pitkali wara li allegatament Cortis, li waqalu t-tray.

Huwa mifhum li l-akkużat kien sejjer għand xi ħadd biex jagħasarlu ż-żebbuġ għaż-żejt li kien qed jittrasporta. Li ġara skont il-prosekuzzjoni hu li Cortis ma waqafx jiġbor il-merkanzija mxerrda tiegħu, u lanqas ma informa lill-awtoritajiet jew talab li l-periklu jitneħħa.

Coris qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi. L-Ispettur Roderick Attard qed imexxi l-prosekuzzjoni fil-każ. Cortis kien tressaq f’April li għadda u ngħata l-pleġġ wara li ma saret l-ebda oġġezzjoni għal din it-talba.

L-Avukat Patrick Valentino qed jidher għall-akkuħat filwaqt li l-avukati Arthur Azzopardi u Jacob Magri qed jirrappreżentaw lill-familja Lombardi bħala parte civile