Numru ta’ atleti Maltin ħadu sehem fil-Kampjonati Ewropej tal-OCR li saru bejn it-8 u l-11 ta’ Ġunju fiċ-Ċentru Olimpiku ta’ Tata fl-Ungerija.
Fit-tellieqa tar-relay tan-nisa u l-irġiel, Malta kklassifikat fit-13-il post minn 18-il tim, u qabżet lill-Ġermanja, Spanja, il-Portugall, il-Ġeorġja, u t-tim lokali Ungeriż. Malta kisbet riżultat tajjeb taħt il-50 sekonda fit-tellieqa eċitanti tal-100 metru. Fit-tellieqa ta’ 3 kilometri, Malta kklassifikat fil-196 post minn 582 atleta.
OCR tfisser Obstacle Course Racing u tinvolvi kompetizzjoni b’ħafna sfidi fiżiċi inkluż tixbit minn fuq il-ħitan, ġarr ta‘oġġetti tqal u tkaxkir taħt wajer imxewwek, fost ostakli oħra u huwa pjuttost simili għal taħriġ militari.
It-tim nazzjonali ta’ Malta tal-OCR kien magħmul minn Kyle Darmanin, Yasmine McGahern u Rosalie Borg, li kienu l-aqwa fil-Grid League 2022. Huma kkompetew fl-avveniment individwali tal-100M, il-korsa qasira ta’ 3K, kif ukoll fl-avveniment tar-relay tat-tim nazzjonali.
It-tim nazzjonali Malti kien appoġġjat minn The Grid Events, li pprovda appoġġ imprezzabbli kemm lill-atleti lokali tal-OCR kif ukoll lill-Malta Modern Pentathlon Association.
Il-Grid Events kienu strumentali fir-rigward tal-iżvilupp u l-promozzjoni tat-tlielaq tal-ostakli f’Malta u l-Grid League hu l-mezz uffiċjali ta’ kwalifika għall-Kampjonati Ewropej tal-OCR Ewropej.
Numru ta’ atleti Maltin li ġew fl-ewwel 20 pożizzjoni tal-kampjonat ikkompetew ukoll f’kategoriji ta’ gruppi għall-korsa qasira tat-3k u l-korsa standard tat-12k. Dawn l-atleti huma Louise Pisani u Marko Nikolic.
Il-Federazzjoni Ewropea tal-Isport tal-Ostakli hija nnominata bħala l-unika awtorità kompetenti – awtorizzata u delegata minn World Obstacle, il-Fédération Internationale de Sports d’Obstacles – għall-promozzjoni, is-superviżjoni, u d-direzzjoni tal-avvenimenti sportivi ta’ l-ostakli uffiċjali kollha tal-irġiel u tan-nisa mill-Ewropa. Kull sena wieħed mill-pajjiżi membri jiġi nnominat mill-EOSF biex jorganizza l-Kampjonati Ewropej tal-OCR, u din is-sena kienet il-Federazzjoni Sportiva tal-OCR Ungeriża li organizzat il-kampjonati.
L-atleti tal-OCR huma parti mill-Malta Modern Pentathlon Association, il-korp ta’ tmexxija uffiċjali f’Malta għall-Modern Pentathlon, Parkour, OCR u O-Sports. L-MMPA hija organizzazzjoni bla profitt, maħluqa fuq bażi demokratika u tiżviluppa fuq livell nazzjonali l-isports kollha msemmija hawn fuq. Hija wkoll membru sħiħ tal-UIPM, ECMP, FISO, EOSF, u
//= $special ?>