Sport Sport Ieħor

Boċċi: Għaxaq iżommu posthom fil-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni

Għaxaq baqgħu jokkupaw l-ewwel post tal-klassifika tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni meta fil-logħba l-aktar mistennija fl-għaxar ġurnata, huma għelbu lit-team fit-tieni post ta’ Msida bl-iskor konvinċenti ta’ 21-4.

F’logħba oħra mistennija, Żebbuġ rebħu lit-team ta’ Birgu bl-iskor ta’ 21-9 biex baqgħu fit-tieni post tal-klassifika.

Dawn kienu r-riżultati kollha tal-għaxar ġurnata:

Għaxaq 21-4 Msida

Żebbuġ 21-9 Birgu

Lija 21-11 Birkirkara

Żurrieq 21-18 Qormi SB

Marsamxetto 18-21 Buġibba

Birżebbuġa 11-21 St. Peters Żabbar