Cifri ufficjali mahruga mill-NSO juru li r-rata tal-inflazzjoni f’Mejju baqgħet fl-istess livelli tax-xahar ta’ qabel – bir-rata tal-Indici tal-Prezzijiet timmarka 5.7 fil-mija.
Skont l-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika, il-piż tal-għoli tal-ħajja ġej l-aktar mill-prezzijiet tal-ikel. F’dan il-każ, l-inflazzjoni tkejjel 10 fil-mija.
Wara l-prezzijiet tal-ikel, imbgħad, hemm il-prezzijiet relatati ma’ spejjes tad-dar.
Din ix-xejra ta’ żidiet fil-prezzijiet ilha tinħass aktar minn sentejn, għalkemm issa jidher li l-inflazzjoni qed tistabbilizza.
Hu x’inhu l-każ, id-daqqa qed tinħass minn kulħadd. Tant li l-Partit Nazzjonalista ilu xhur li ħareġ bi proposti cari – fosthom biex tittaffa d-daqqa fuq l-importazzjoni u biex il-COLA ma tibqax tiġi intaxxata.
//= $special ?>