Lokali Parlament

Il-parlament għandu jappoġġja d-dritt li ngħixu f’ambjent sostenibbli

Darren Carabott, PN

Id-deputat Nazzjonalista Darren Carabott appella biex il-parlament jappoġġja d-dritt li ċ-ċittadini jgħixu f’ambjent sostenibbli u li l-ambjent ikun dikjarat dritt fundamentali fil-kostituzzjoni. Fil-parlament Darren Carabott qal li fil-pajjiż qed tqum kuxjenza ambjentali u sostna li l-proposta għal kummissjoni ambjentali ġdida li fiha l-funzjonijiet huma delegati mill-Bord tal-Awtorità. Hu qal li għandu jkun ikkunsidrat il-fatt li l-funzjonijiet għandhom joħorġu mil-liġi. Darren Carabott qal li l-Oppżizzjoni qed taqbel mal-abbozz imressaq mill-Gvern iżda tistenna li l-gvern jappoġġja wkoll il-proposta tal-Oppoizzjoni biex l-ambjent ikun dritt fil-kostituzzjoni. Hu qal li l-gvern ħela sentejn meta ma appoġġjax il-proposti tal-Oppożizzjoni dwar l-ambjent.

Id-deputat Nazzjonalista appella biex il-parlament isib qbil fuq l-ambjent u appella biex il-leġiżlatur jaqta’ l-partiġġjażimu u jikkunsidra dak li hemm bżonn fil-pajjiż partikolarment f’deċiżjonijiet li qed iħallu impatt fuq il-pajjiż. L-ambjent hu suġġett uman u jħalli effetti fuq in-nies partikolarment fis-saħħa taċ-ċittadini.

Darren Carabott qal li l-proposta tal-PN li l-ambjent ikun dritt fundamentali għall-poplu Malti hi l-ogħla forma ta’ dritt ċivili u sostna li għandu jkun hemm skruntinju fuq id-deċiżjonijiet ambjentali li jittieħdu fil-pajjiż. Fil-kostituzzjoni Maltija, l-ambjent hi biss dikjarazzjoni iżda l-Istat mhux marbut li jimxi miegħu u li l-poplu jista’ jieħu passi.

Id-deputat Nazzjonalista qal li internazzjonalemt, Malta qablet li l-ambjent għandu jkun bħala dritt fundamentali. Hu qal li l-PN qed jiftaħ id-definizzjoni tat-tifsira ta’ ambjent, li hu wkoll il-kundizzjonijiet soċjali u l-attributi kulturali.