Futbol Sport

İlkay Gündoğan isir plejer ta’ Barcelona

Minkejja li għad fadal l-uffiċċjalità, li se tkun qed titħabbar mill-plejer innifsu, ma hemm l-ebda dubju, li l-eks midfielder ta’ Borrussia Dortmund İlkay Gündoğan huwa plejer ta’ Barcelona.

Il-midfielder ta’ 32 sena se jiskadielu l-kuntratt ma’ Manchester City fl-aħħar ta’ Ġunju u ma laħaqx ftehim għal estensjoni ta’ kuntratt, bir-raġuni primarja tkun li s-Citezens offrewlu biss li jġeddulu b’sena.

Ma’ Barcelona Gündoğan se jkun qed jiffirma kuntratt ta’ tliet snin, sal-2026.

Huwa ilu ma’ Manchester City seba’ staġuni li matulhom rebaħ ħames darbiet il-Premier League, darbtejn l-FA Cup, erba’ darbiet il-League Cup u l-UEFA Champions League, li għaqdet Treble storiku għal Manchester City fl-istaġun li għadu kemm spiċċa.