Lokali Parlament

Impenn favur il-Koperattivi; konferenza nazzjonali mill-PN nhar is-Sibt li ġej

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar sostna li l-PN qed ikompli jsaħħaħ l-impenn tiegħu favur il-kooperattivi u se jkun qed jorganizza konfernza nazjzonali biex tiddiskuti dan is-settur nhar is-Sibt li ġej.

Fl-Aġġornament tal-parlament Robert Cutajar qal li l-1 ta’ Lulju hu l-Jum tal-Kooperattivi u sostna li l-Oppożizzjoni se tiddedika ġranet għall-kooperattivi fil-pajjiż b’konferenza nazzjonali u żjarat f’numru ta’ kooperattivi.

Dan hu messaġġ lil hinn mill-partiġġjaniżmu għaliex il-kooperattivi jixirqilhom li jitilgħu ‘l fuq fl-aġenda poltika għaliex dawn huma vitali għall-ekonomija fil-pajjiż.

Wasal iż-żmien li l-liġi dwar il-kooperattivi tkun aġġornata; il-PN rid jikkontribwixxi f’dan is-settur u se jippreżenta dokument lill-gvern b’diversi proposti, sostna Robert Cutajar.