Fil-Kampjonati tal-Ewropa tal-Atletika għat-timijiet li qed isiru f’Silesia, Polonja, Janet Richard kisret ir-record nazzjonali tal-400 metru. Fil-finali temmet fit-tieni post fi 52.37 sekondi. Richard kisret ir-record tagħha stess miksub sena ilu fil-Kampjonati tal-Ewropa fi Munich fejn kienet għamlet l-400 metru fi 53.49 sekondi.
Graham Pellegrini fl-400 metru temm fir-raba’ post f’47.47 sekondi filwaqt li Lisa Bezzina fil-5000 metru temmet fis-sitt post fi 17 il-minuta 38.54 sekondi. Mireya Cassar fis-shot put b’tefgħa ta’ 11.44 metri temmet fit-tmien post filwaqt li Antonella Chouhal fid-discus b’tefgħa ta’ 31.70 metru temmet fis-seba’post bl-aħjar riżultat personali.
Fit-800 metru, Christian Chetcuti temm fir-raba’ post f’1 minuta, 53.03 sekondi filwaqt li Luke Micallef, fl-isteeplechase, kien 2 sekondi bogħod mir-rekord nazzjonali meta temm it- 3,000 metru f’9 minuti, 11.87 sekondi.
//= $special ?>