Ġiet imnedija il- ‘mass neutering campaign‘ tal-qtates kolla li jgħixu barra fit-triq.
Din l-iskema qed tiġi mnedija biex tiġi solvuta din l-isfida t’ammont kbir ta’ qtates bla saqaf fuq rashom. Problema li iżjed ma jgħadi żmien iżjed qed tkun ta piż fuq il-feeders bil-prezzijiet tal-ikel dejjem jgħolha.
Romina Frendo saħqet li l-feeders, dawk li jitimgħu l-qtates li jgħixu barra, huma mħeġġa biex iċemplu fuq 22924999, bil-għan li jkunu jistgħu jibdew il-proċeduri għal dik imsejħa bħala t-tiswija tal-qtates.
Din l-iskema li se tiswa €200,000, u se tiġi mġedda skond il bżonn fi snin li ġejjin sa kemm ma jkunx hemm iktar talbiet biex il-qtates jiġu msewwiha.
Qed jiġi stmat li jistgħu jiġu msewwiha ma’ 3000 qattus fis-sena.
In-neutering tal-qtates jgħin biex inaqqas il-mard, it-tbatija u numru kbir ta’ qtates li jiġru fit-toroq li dejjem qiegħed jiżdid, madankollu, feeders li jagħżlu li ma jsewuwx lil qtates fil-kolonji tagħhom ma jkunux qed jiksru l-liġi.
//= $special ?>