Fl-1 ta’ Lulju ser jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji għall-Koperattivi, u għal din l-okkażjoni fil-Parlament se tigi organizzata konferenza nazzjonali indirizzata fost l-oħrajn mill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, mill-Kap tal-PN Bernard Grech, minn Robert Cutajar, li huwa l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Self Employed, in-Negozji Żgħar u tal-Koperattivi, kif ukoll persuni li ġejjin min diversi koperattivi differenti.
Permezz ta’ din il-konferenza, il-PN se jkun qed jimbotta ‘l quddiem proposta sabiex il-liġi rigward il-Koperattivi tiġi emendata, hekk kif l-aħħar emenda saret lura fis-sena 2000… fi żmien Gvern Nazzjonalista.
Ma’ Net News, Robert Cutajar saħaq li l-PN mhux ser ikun partiġġjan fuq din l-emenda, u li hu stess ser imur fuq il-Gvern biex imexxi din il-proposta.
Il-fatt li din il-konferenza nazzjonali ser issir fil-Parlament stess turi l-importanza li qed tingħata mill-PN għal din l-emenda.
Robert Cutajar semma’ wkoll kif hu għamel kuntatt mal-klabb ta’ Barcelona, li filfatt huwa Koperattiva, sabiex jieħdu ideat dwar kif l-aħjar titmexxa entità ta’ dan it-tip.
Din il-konferenza ser isservi ta’ okkażjoni importanti sabiex in-nies li huma involuti mal-koperattivi f’pajjiżna ikollom l-opportunità ikunu parti mill-proċess għat-tfassil tal-emenda… li fl-aħħar mill-aħħar l-iżjed li taffetwa huwa propju lilhom.
//= $special ?>