Lokali Parlament

L-ERA għandha tingħata l-poter taġixxi biex tkun proattiva fil-policies

Graziella Galea, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graziella Galea appellat fil-parlament biex l-ERA għandha tingħata l-poter taġixxi biex tkun proattiva fil-policies.

Graziella Galea qalet li hemm diskrepanza bejn l-abbozz u l-ikeda dwar min isejjaħ il-laqgħat tal-Bord tal-Awtorità għall-Ambjent. Hi appellat biex il-laqgħat isiru fil-pubbliku biex ikun hemm komunikazzjoni aħjar.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-oġġezzjonijiet għandhom ikunu kkunsidrati bħala parti integrali mill-applikazzjonijiet. Dan fl-isfond tal-oġġezzjonijiet li jagħmlu l-għaqdiet ambjentali.

Graziella Galea qalet li l-ERA qed tkun injorata minn diversi entitajiet u minkejja l-pożizzjonijiet li tiegħu, ftit li xejn tingħata importanza fl-applikazzjonijiet. Id-deputat Nazzjonalista kompliet staqsiet jekk l-ERA għamlitx studju dwar l-impatt ambjentali tad-deċiżjonijiet tal-2006.

Graziella Galea semmiet ix-Xemxija u qalet li qed isiru xogħlijiet ta’ skavar minkejja li l-permess kien twaqqaf mill-qrati Maltin u li l-permess imur lura għand l-Awtorità tal-Ippjanar. Hi trattat il-proġett fil-Mellieħa wara li art kbira tal-gvern ingħatat lill-privat li probabbilment se tispiċċa mibnija.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li hawn żoni abbandunati madwar il-pajjiż u sostniet li jeżistu kuntratturi li mhumiex jimxu mal-skeda ta-ġbir tal-iskart. Hi appellat biex ikun hemm koordinazzjoni mal-kunsilli lokali u tkellmet dwar id-drenaġġ f’San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa. Jidher li l-Awtorità m’għandhiex l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni f’dawn il-lokalitajiet, sostniet Graziella Galea.