Stanley Zammit, PN
Id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit sostna fil-parlament li l-ERA qed tiġi injorata fil-proċess tal-ippjanar.
Stanley Zammit qal li kull individwu u entità għandhom ir-responsabbiltajiet tagħhom li jipproteġu l-ambjent. Il-gvern għandu r-responsabbitajiet li jħares l-ambjent għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Hu sostna li l-PN jemmen fid-djalogu kif għamel meta waqqaf il-kunsilli lokali u l-MCESD fejn l-ambjent għandu jkun prijorità fid-diskussjoni. Satnely Zammit qal li l-kunsilli lokali wkoll għandhom ikunu fuq quddiem fil-protezzjoni tal-ambjent iżda bħalissa jinsabu moribondi għaliex il-gvern għalqilhom il-finanzi u ħadilhom ir-responsabbiltajiet. Il-kunsilli lokali lanqas għandhom leħen fuq l-iskart u l-ambjent.
Id-deputat Nazzjonalista qal li meta twaqqfet l-Awtorità tal-Ippjanar kien hemm pjan li l-ambjent ma jibqax deċiż mill-politiku. Illum il-proċess hu wieħed vag bla trasparenza fejn il-pajjiż qed ibatiu r-riperkussjonijiet minħabba nuqqas ta’ ippjanar.
L-ambjent infired mill-ambjent u spiċċa dak li jibqa’ mill-iżvilupp; dan hu gvern li dgħajjef il-goveranza ambjentali. L-ERA qed tiġi injorata fil-proċess ta’ ippjanar, sostna Stanley Zammit, li kompla li li l-ERA għandu jkollha vot effettiv u ma tkun ikkunsidrat biss bħala konsulent.
//= $special ?>