L-atleti veterani Mario Grech u Carmen Hili rebħu l-ewwel tellieqa ta’ ħames kilometri mis-serje Birkirkara Saint Joseph Road Running Race, li hi maqsuma fi tliet partijiet.
Organizzata b’kollaborazzjoni ma’ Corsa, l-ewwel mis-serje għall-2023 bdiet fl-Imtarfa. Birkirkara St Joseph Sports Club, li ilhom għal kważi għoxrin sena jorganizzaw din it-tellieqa annwali ta’ kompetizzjoni fit-toroq, introduċew rotta kemm xejn mibdula bil-bidu u tmiem fuq il-pont tal-Imtarfa.
Iddominaw il-kategorija tal-irġiel Mario Grech, Andrew Grech u Matthew Xuereb li kienu qrib xulxin għal parti kbira mit-tiġrija. Fit-tieni dawra, Mario Grech kabbar id-distakk bejnu u bejn Andrew Grech u Xuereb u bi spinta determinata fl-aħħar tat-tellieqa irnexxielu jidhol fl-ewwel post.
Andre Grech u Matthew Xuereb fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Fil-kategorija tan-nisa, il-veterana Carmen Hili wriet il-ħila tagħha biex tmexxi l-pass il-ħin kollu fejn żammet distakk komdu bejnha u Jade Mallia li daħlet fit-tieni post qabel Emma Fenech.
Il-preżentazzjoni tal-midalji saret minn Ray Grech President ta’ Birkirkara Saint Joseph.
//= $special ?>