Futbol Sport

Mourinho sospiż erba’ logħbiet mill-UEFA

Il-UEFA tat sospensjoni ta’ erba’ partiti lill-kowċ ta’ Roma, Jose Mourinho wara li l-imġieba tiegħu fil-konfront tar-referee Ingliż, Anthony Taylor fil-finali tal-UEFA Europa League kontra Sevilla.

Mourinho deher diversi drabi jinsulenta u jkellem lir-referee tal-logħba, b’mod abbużiv waqt il-partita li Roma tilfu f’Budapest. Aktar minn hekk, kif jidher f’dan il-filmat li kien ippublikat fuq il-midja soċjali, Mourinho kompla bl-imġieba skoretta tiegħu fil-konfront ta’ Taylor, meta dan iltaqa’ miegħu fil-parkeġġ tal-istadium, wara l-partita.