Futbol Sport

Newcastle United b’offerta uffiċjali għal Sandro Tonali

Sigħat kruċjali għall-midfielder ta’ 23 sena ta’ AC Milan Sanrdo Tonali hkk kif ir-Rossoneri rċevew offerta ta’ madwar €70miljun mingħand Newcastle United biex jakkwistawh dan is-sajf.

Qed ikun irrapportat ukoll li l-paga li l-Magpies offrew lil l-internazzjonali Taljan hi ta’ madwar €7miljuni fis-sena, id-doppju ta’ li jaqla ma’ Milan.

Milan mistennija jitolbu aktar għal Tonali, madankollu ftehim bejn iż-żewġ klabbs huwa possibli ħafna hekk kif Newcastle jidhru li jridu jakkwistaw lil Tonali akkost ta’ kollox.

Jekk dan it-trasferiment iseħħ, Milan mistennija jipprovaw jakkwistaw lill-midfielder ta’ Sassuolo Davide Frattesi bħala sostitut ta’ Tonali.