Sewwieq ta’ Mutur spiċċa jsofri ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’ Ħ’Attard.
Dan il-każ seħħ għall-ħabta tal-11pm tat-Tlieta fi Triq l-Imdina.
Il-Pulizija marret minnufih fil-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn BMW misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti Ħad-Dingli u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>