Sport Sport Ieħor

Special Olympic Games 2023: Tlieta deheb u waħda fidda għal Malta

(Ritratt: Matthias Brancaleone)

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Special Olympics World Games 2023, l-ewwel midalja għal Malta intrebħet minn Jake Gatt li temm fit-tieni post fil-finali tat-800m ‘level B’ biex kiseb il-midalja tal-fidda. Hu temm f’ 2 minuti 36.89 sekonda.

Il-Finali ntrebħet minn Ahmed Thamer tal Arabja Sawdija, filwaqt li Picot ta’ Spanja temm fit-tielet post.

Fl-Atletika intrebħet ukoll l-ewwel midalja tad-deheb għal Malta permezz ta’ Matthew Bugeja li fil-finali tal-200m ’level B’ temm f’26.20 sekondi.

Midalja tad-deheb oħra għal Malta intrebħet mill-Bowling Unified Team. B’total ta’ 2112 punt il-Maltin għelbu l-isfida tad-Danimarka b’differenza ta’ 124 pin. Fit-tielet post spiċċaw in-Norvegja. It-Tim Unified tal-bowling kien magħmul minn Daniel Grech, Philip Gruppetta, Amanda Cini u Luke Burke.

It-tielet ġurnata ta’ kompetizzjoni ntemmet bit-tielet midalja tad-deheb għal Malta, midalja li ntrebħet minn Gareth Borg fic-ċikliżmu meta temm it-tellieqa ta’ 15-il kilometru fi 28 minuta, 52:92 sekondi.