Approvat permess li jinbena parkeġġ ta’ diversi sulari bħala parti mill-proġett tal-Valletta Waterfront Cruise Liner.
Dan il-permess ingħata wara li l-applikanti aċċettaw li jneħħu l-iskavar ta’ livell t’isfel tal-kantina u jinkludu soft landscaping fil-proġett, hekk kif fil-livell t’isfel instabu karatteristiċi storiċi. Dan l-ispazju li jinsab wara l-faċċata ta’ Pinto Stores bħalissa qed iservi bħala parkeġġ.
Dan il-proġett se jkun qed jikkonsisti minn ħwienet fil-livell tat-triq u erbgħa sulari ta’ parkeġġ li jesgħu madwar 195 karozza.
L-Awtorità tal-Ippjanar approvat wkoll l-applikazzjoni għal żvillup ġdid fil-pitch tal-futbol ta’ Santa Luċija u l-faċilitajiet biex dan jinbidel f’kumpless ġdid tal-isports. Dan il-proġett se jinkludi kmamar għat-timijiet u l-istudenti li jkunu qed jilgħabu kif ukoll spazju għall-konferenzi u childcare centre.
//= $special ?>