“200 jum ta’ sofferenzi. 200 jum ta’ stennija biex tinħareġ il-verità u ssir ġustizzja.”
Dan sostnieh il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’post fuq il-midja soċjali.
Bernard Grech saqsa: “Kif tista’ timpika ma’ qalb omm muġugħa? Kif tista’ timpika ma’ qraba li jridu jkunu jafu l-verità?”
Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jinsisti biex Robert Abela jsejjaħ inkjesta pubblika.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li lil dan iż-żagħżugħ, lil din l-omm, lil din il-familja ma nistgħux nibqgħu nonqsuhom. Ma nistgħux inħallu l-mewta ta’ Jean Paul Sofia tintesa.
//= $special ?>