Fi trmiem il-ġimgħa li għaddiet, iċ-champion lokali tal-boking Brandon Borg għeleb lill-Boxer Brittaniku Danny Worsfold, madankollu, din il-ġlieda fissret ħafna aktar minn sempliċi rebħa oħra fuq ir-ring. Brandon ingħaqad mal-manager tiegħu, Keith Vassallo, konsulent fil-bejgħ tal-propjetà u avukat dwar l-għarfien tal-awtiżmu. Flimkien huma mbarkaw fuq missjoni biex iqajmu kuxjenza pubblika dwar l-awtiżmu u jkissru l-ostakli li bosta individwi bl-awtiżmu jiffaċċjaw kuljum.
Il-ġlieda kontra Danny Worsfold kienet xhieda tat-talent eċċezzjonali ta’ Brandon Borg, li bħalissa jinsab fuq rekord ta’ 12-il rebħa u telfa waħda biss, iżda kienet ukoll pjattaforma qawwija biex jippromwovu l-kawża komuni tagħhom; l-għarfien dwar l-awtiżmu.
Flimkien, Brandon u Keith iġġieldu mhux biss kontra avversarji fir-ring, iżda wkoll kontra l-kunċetti żbaljati u stigmi madwar l-awtiżmu.
Fost l-atmosfera intensa tal-Combat Arena Show, Brandon kiseb ukoll rebħa personali, rebaħ il-qalb tal-mara futura tiegħu hekk kif fi tmiem il-ġlieda hu proponiela u Bernice qalti ‘Iva’.
Brandon u Keith jinsabu kommessi li jkomplu joħolqu kuxjenza dwar l-awtiżmu u l-inklussività.
Ma’ kull rebħa,huma jibagħtu messaġġ biex jispiraw lil oħrajn biex jingħaqdu magħhom f’din il-kawża.
