Il-fakulta’ tal-ICT fl-Universita’ ta’ Malta, qed tistiden lil dawk kollha li tinteressahom it-teknoloġija biex jattendu l-essebizzjoni bit tema ta’ Chat with FICT bejn is-7 u d-9 ta’ Lulju fl-Univesita’ ta’ Malta.
Din l-esebizzjoni se tinkludi proġetti ta’ studenti tal-aħħar sena kif ukoll, diskussjonijiet u walkthroughs fuq diversi temi fosthom blockchain, audio speech, u data science.
Dan l-avveniment jiftaħ għall-publiku nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Lulju fl-16:00, filwaqt li l-istudenti se jkunu preżenti fil-fakulta is-Sibt 8 ta’ Lulju bejn id-9:00 u s-13:30, fejn ikunu jistgħu jitkellmu mal-pubbliku dwar il-proġetti tagħhom f’iktar detall.
Id-diskussjonijiet se jitrattaw temi attwali fosthom dwar l-impatt li jħalli l-ICT fuq l-istudent wara li dan jigradwa, opportunijiet ta’ karrieri mhux konvenzjonali, sfidi biex trawwem studenti ġodda fl-ICT u tema prinċipali Chat with FICT.
Din l-esebizzjoni hija miftuħa għall-publiku u hija bla ħlas.
//= $special ?>