Fic-Cerimonja tal-Ftuħ tal-European Games, il-bandiera ta’ Malta fil-parata tal-atleti inġarret mit-tiratrici Eleanor Bezzina li f’dan il-Logħob se tikkompeti fl-air pistol fuq distanza ta’ 10 metri u 25 metru.
It-tielet edizzjoni ta’ dawn il-Logħob bdiet fi Kraków u r-reġjuni ta’ Małopolska fil-Polonja mill-21 ta’ Ġunju sat-2 ta’ Lulju 2023. Il-kontinġent tal-Kumitat Olimpiku Malti mmmexxi mid-Direttur tal-Isport tal-Kumitat Olimpiku Malti u Chef de Mission ta’ dawn il-Logħob Charlene Attard, huwa magħmul minn seba’ atleti u erba’ uffiċjali.
Fl-iSkeet u tim skeet se jikkompetu Marlon Attard u Clive Farrugia u Marcello Attard flimkien mal-kowċ Bruno Gubellini. Fit-Trap u Mixed team l-atleti huma Gianluca Chetcuti u Mikaela Galea flimkien mal-kowċ Antonello Iezzi.
Fil-Badminton se jikkompeti Matthew Abela mgħejjun mill-kowċ Edmond Abela.
L-ewwel li kienet fl-azzjoni kienet it-tiratriċi Eleanor Bezzina, fil-kwalifikizzjoni tal-10m Air Pistol fejn qed jikkompetu 38 tiratriċi. Bezzina temmet fl-34 post meta għamlet serje ta’ 93 ; 95 ; 90 ; 94 ; 91 u 94 għal total ta’ 557 daqs Nevena Saranovic ta’ Montenegro u Abbasti Nazrin ta’Azerbaijan.
Il-kwalifiki tal-iskeet se jibdew fl-24 ta’ Ġunju, filwaqt li l-kompetizzjonijiet tal-Badminton se jibdew it-Tnejn 26 ta’ Ġunju.
//= $special ?>