Raġel ta’ 53 sena inżamm taħt arrest wara li ġie mixli quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi li nhar l-Erbgħa għall-ħabta tat-3 am. kisser bieb ta’ membru tal-familja tiegħu fis-satra tal-lejl. Mill-provi li nstemgħu fil-Qorti ħareġ li l-inċident beda nhar it-Tlieta filgħaxija f’Birżebbuġa saret attività tal-familja u nqala’ argument,
Il-prosekuzzjoni qalet li wara kulħadd mar għal triqtu nkluż il-vittma. Matul il-lejl persuna ċemplet fl-Għassa tal-Pulizija li qalet li kien hemm persuna li kissret bieb u kienet għadha miexja fit-triq. Il-Pulizija marret fuq il-post u osservat bieb imkisser u li fl-inħaw sabu wkoll lill-akkużat Manuel Barbara.
Meta nfurmaw lill-vittma dan qalilhom li ma kien sema’ xejn. Meta Barbara ġie arrestat f’idejh kellu sikkina u fil-but kellu oħra u li dawn li jintużaw biex ineħħu l-għadam minn mal-laħam. L-akkużat ittieħed il-poliklinika għax kellu xi fejn qal li kien għamilhom hu stess għax waqa’.
Barabara ġie mixli li għall-ħabta tad-9 pm waqt l-attivita hedded lill-vittma b’sikkina u li inġurja persuna. Ġie mixli wkoll li matul il-lejl tal-għada, għamel ħsara fuq il-bieb tal-vittma li ma tiskorrix l-€2,500 u li żammu ġarr strument u li jaqta’ bil-ponta bla permess, kif ukoll li sar reċidiv.
Saret talba għall-ħelsien mill-arrest li kienet ikkontestata bil-qawwa kollha mill-prosekuzzjoni peress li l-vittma għadu ma xehdx u minħabba l-gravità tal-każ fejn iddikjara wkoll li ried ipattiha lill-allegat vittma. Saret talba wkoll għal ordni tal-protezzjoni favur il-vittma li kienet milqugħa.
Id-difiża qalet li l-imputat kien fis-sakra, meta nstab fit-triq bil-Qorti tgħid li xorta kien għadda ħin biżżejjed. Il-prosekuzzjoni qalet li messu baqa’ d-dar u jgawdi l-familja. Id-difiża hawn qalet li waqt il-party kienu qed jiġġieldu bejniethom u lill-imputat daruh. Ingħad ukoll li Barbara lest li ma jersaqx lejh, anzi qed jibża’ minnu.
Il-prosekuzzjoni qalet ukoll li l-akkużat u l-imputat joqgħodu fl-istess raħal u għalhekk hemm ukoll il-biża’ li jinqala’ xi ħaġa. Id-difiża qaet li minkejja dan, hemm distanza mhux ħażin. Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-pleġġ. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Paul Camilleri u Anotonello Magri.
//= $special ?>