Mara ta’ 40 sena li mhux l-ewwel darba li kisret dufrejha mal-ġustizzja inżammet arrestata wara li ġiet mixlija b’serq ta’ ċekkijiet u li kkommettiet frodi għad-dannu ta’ diversi persuni meta ħallset lill-kumpanija Virtu Ferries il-biljetti ta’ 12-il persuna biex imorru vjaġġ għal Sqallija. Hija kienet mixlija wkoll li saret riċediva u li kisret ordni tal-Qorti.
Il-mara li isimha ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti minħabba li wieħed minn uliedha se jiggradwa mill-iskola il-Ġimgħa, 23 ta’ Ġunju, allegatament ħallset biċ-cheque misruq is-somma ta’ €2,100, liema cheque ma ssarrafx minħabba li l-firma ma kinitx taqbel mal-persuna li ċ-cheque boook’ huwa tagħha.
L-Ispettur Jonathan Cassar li flimkien mal-Ispettur Elisa Scicluna ressqu lil mara residenti Marsaxlokk qalu li huma kienu kkuntattjati minn persuna femminili li qaltilhom li xi ħadd kien uża cheque books tagħha b’mod klandestin.
Qaltilhom li dawn ġew refered to drawer fejn kien hemm ukoll ieħor ta’ ammont inqas li wkoll ma ssarafx. Il-prosekuzzjoni qalet li dan kien ingħad lilhom fis-16 ta’ Ġunju li għadda fejn iċ-cheque l-ieħor kien issarraf fi spiżerija fil-Gudja.
Ħareġ li l-ktieb taċ-ċekkijiet kien insteraq mid-dar tal-vittma bil-prosekuzzjoni tgħid ukoll li l-ktieb taċ-ċekkijiet ma nstabx fejn l-imputata qalet li kienet ħelset minnu billi remitu.
L-Ispettur Cassar qal ukoll li minn filmati tas-CCTV l-mara akkużata deheret qed tħallas permezz taċ-cheque il-ħlas għall-vjaġġ fuq il-Virtu Ferries u li hi ċemplet lill-vittma li kienet lesta tirranġa magħha u qaltilha biex jekk jista’ jkun ma tiggravax is-sitwazzjoni.
Qabel ma għamel talba għall-ħelsien mill-arrest, l-Avukat Noel Bianco qal li hu jixtieq li jkun hemm divjet tal-pubblikazzjoni u dan mhux minħabba l-imputat innifisha, imma peress li l-mara li għanda żewġt ulied minorenni u li wieħed minnhom se jiggradwa f’jum il-Ġimgħa mill-iskola sekondarja.
Il-prosekuzzjoni filwaqt li fehmet ir-raġuni għal din it-talba qalet li ma hemmx bażi legali għal divjet bħal dan, bid-difiża titlob biss għal talba temporanja u li qalet li l-liġi għandha tevolvi f’każijiet simili.
Hawn il-qorti wara li nstemgħu xi argumenti legali fejn ingħad li każ bħal dan huwa rari u jekk kien qatt seħħ f’xi kawża, l-Qorti ddikjarat li d-divjet tal-pubblikazzjoni se jgħodd biss sa l-aħħar tal-ġimgħa, u dan biex ikun protett binha l-minuru u biex dan ma jbatix il-konsegwenzi.
Dwar it-talba għall-pleġġ, din sabet oġġezzjoni minn naħa tal-prosekuzzjoni, u dan minħabba l-gravità tar-reat, il-karattru u l-affidabilità tal-imputata u li bħalissa tinsab fuq pleġġ fuq żewġ każijiet oħra simili. Tenna li fil-mument qed tiffirma erba’ bail books fl-Għassa tal-Pulizija taż-Żejtun.
L-Ispettur Cassar qal li f’dan il-każ’ hemm 13-il xhud pajżan li għad iridu jiddeponu minbarra l-kumpaniji li ġew iffrodati. L-Avukat Bianco qal li l-gravità tar-reat mhux biżżejjed biex persuna tinżamm arrestata u li l-klijenta tiegħu kienet ġabet il-flus biex tħallas l-ammont allegat iffrodat.
Tenna li l-mara bħalissa għaddejza minn programm fejn għandha kundizzjoni li tbati minn dak imsejjaħ ‘dual personality’, Qal li qed tagħmel titjieb f’ħajjitha fejn saħansitra din id-darba ċemplet lill-vittma tagħha qabel ma kienu jafu l-Pulizija bil-każ u qaliltlha li se tħallasha.
Il-Qorti qalet li għamlet ħażin bid-diskors ta’ “tiggravax is-sitwazzjoni” fejn dan hu meqjus bħala possibilita ta’ intralċ tal-provi. Bianco qal li huwa minnu li l-imputata għad għandha kawżi pendenti quddiem l-istess Qorti, imma fuqhom għadha preżunta nnoċenti.
Qal ukoll li l-akkużata dejjem obdiet l-ordnijiet tal-Qorti u dejjem marret tiffirma kif mitluba li tagħmel fl-Għassa tal-Pulizija. “Dan huwa każ uman fejn il-kundizzjoni tagħha hija li għandha bżonn l-għajnuna.
Kienet ukoll waqgħet fil-problema tal-użura. Il-mara qalet lill-qorti li qed tieħu l-kura li talbet hi stess fil-Fgura, kura psikologa minn eks spettur tal-Pulizika u minn social worker.
L-avukat tagħha qal li f’kull eventwalita li tingħata l-pleġġ, importanti li l-Qorti tordna ordni ta’ trattament minħbba li qeda taqbel illi tingħata kura minn psikologa fuq ordni tal-Qorti u kollox ikkontrollat mill-istess Qorti.
Il-Qorti fid-deċiżjoni tagħha dwar il-ħelsien mill-arrest ikkunsidrat il-gravità tar-reat, il-proċeduri pendenti li tinsab għaddejja u l-fedina penali fuq reat simili, l-akkużata diġa minkejja li ngħatat ċans u diġà nstabet ħatja u f’każijiet oħra, kif ukoll il-fatt li l-vittmi għadhom ma xehdux u l-fatt li l-imputat diġà kellha kuntatt ma waħda mill-vittmi, ċaħdet it-talba.
Dan pereqs li l-qorti m’għandiex is-serħan tal-moħħ li jekk tingħata l-pleġġ toqgħod mal-kunduzzjonijiet li jsirulha. Fosthom il-biża’ tal- kontaminzzjoni tal-provi. Il-Qorti tat direzzjoni lid-Direttur tal-Faċilità Korettiva ta’ Kordin biex il-mara tinbagħat fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Carmeli sabiex l-imputata tingħata dak it-trattament li għandha bżonn.
//= $special ?>

