L-eks champion tal-Masters Yan Bingtao ta’ 23 sena u l-eks rebbieħ tal-Kampjonat tar-Renju Unit Zhao Xintong ta’ 26 sena, huma fost dawk li ngħataw pieni ħorox mill-Assoċjazzjoni tal-Billiards u Snooker Ċiniża.
Bingtao huwa pprojbit milli jilgħab fil-World Snooker Tour għal seba’ snin u nofs wara li kien ingħata projbizzjoni ta’ ħames snin. Xintong huwa sospiża sa Lulju 2025. Il-projbizzjoni ta’ Lu Ning ġiet estiża għal tmien snin, dik ta’ Bai Langning għal erba’ snin u dik ta’ Zhang Jiankang għal erba’ snin u ħames xhur.
Il-Federazzjoni internazzjonali appoġġjat ukoll sospensjoni għal għomorhom mogħtija lil Liang Wenbo u Li Hang mill-World Professional Billiards and Snooker Association .
B’kollox 10 plejers Ċiniżi ngħataw sospensjonijiet dan ix-xahar għas-sehem tagħhom f’korruzzjoni f’għadd ta’ partiti. L-allegazzjonijiet kontrihom jinkludu l-manipulazzjoni tal-logħob, l-avviċinament tal-plejers biex iqarrqu, imħatri fis-snooker u l-korrizzjoni f’bosta partiti. Iċ-charmain tal-WPBSA Jason Ferguson qal li fid-dawl tas-sitwazzjoni dan kien każ kumpless ħafna. Ferguson qal li kien ta’ qsim il-qalb li plejers żgħażagħ b’talent kisru r-regolamenti ta’ mġieba tal-WPBSA permezz ta’ pressjoni eżerċitata minn żewġ plejers veterani.
Din l-imġieba ġiet rikonoxxuta bħala inaċċettabbli bl-impożizzjoni ta’ sospensjoni għal għomorhom milli jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet snooker.
//= $special ?>