Ma jaqtgħu xejn l-attakki fuq kull front fil-qalba tal-Partit Laburista. B’esponenti ewlenin jispiċċaw apertament iduru għal xulxin.
Fl-aħħar jiem, l-avukat u Eks Deputat Mexxej Laburista Joe Brincat – li mmilita fl-ogħla pożizzjonijiet tal-Partit Laburista għal snin twal – ħass li għandu joħroġ jattakka lill-MEP Laburista Cyrus Engerer. Dan wara li Engerer kritika fil-miftuħ lid-Deputat Mexxej tal-Partit, Daniel Micallef.
Dawn il-botti diretti tal-avukat Joe Brincat lill-MEP Laburista Cyrus Engerer ġabu magħhom għadd ġmielu ta’ kummenti fuq il-midja soċjali. Fost l-oħrajn mid-Deputat Randolph De Battista
li jokkupa il-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista. Fil-kummenti tiegħu indirizzati lill-Avukat Joe Brincat, Randolph De Battista qallu li minnu jistenna ħafna aħjar għaliex suppost li jaf li ma kien hemm l-ebda attakk fuq Daniel Micallef.
Mistoqsi minn persuna jekk Joe Brincat kienx qed jigdeb … De Battista qallu li iva.
Cyrus Engerer fl-attakk tiegħu fuq il-midja soċjali kkritika bil-qawwa l-isfreġju ambjentali li qed ikompli joħloq u jippermetti l-Gvern ta’ Robert Abela. B’Engerer jaghmel din id-dikjarazzjoni: “Kuntratturi Xebbajtuna” b’riferenza diretta għal żvilupp massiċċ propost li jsir fil-lokalità ta’ Santa Luċija.
Din l-applikazzjoni sottomessa mid-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, Daniel Micallef, taħseb għall-kostruzzjoni ta’ binja ta’ ħames sulari …u li tkun tinkludi 36 appartamenti, 75 garaxx, ħames maisonettes u seba’ penthouses.
L-MEP Laburista Cyrus Engerer saħaq li hu kontra l-politika tal-Gvern ta’ Robert Abela li jelimina l-ftit spazji ħodor li fadal fil-gżejjer Maltin. Żied li l-Gvern ma jistax jibqa’ ċass u indifferenti quddiem din il-qerda tal-wirt naturali li fadal f’pajjiżna. U filwaqt li infexx f’attakk fuq is-suppost kollega tiegħu fil-Partit Laburista…insista li l-ispazji ħodor ta’ pajjiżna huma kollha mhedda.
Din mhix ġlieda iżolata fil-Partit Laburista, hekk kif fl-aħħar jiem rajna wkoll kif fil-qalba taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista…hemm ħafna li qed joqgħodu lura milli jiddefendu lil Chris Fearne, u ukoll jinsab taħt attakk mill-klikka ta’ Joseph Muscat. Bil-problemi fil-Labour ikomplu jikbru, jum wara l-ieħor.
//= $special ?>