Waqt laqgħa f’Dubaj….il-President ta’ Malta George Vella ħeġġeġ lill-komunità Maltija biex jibqgħu iwasslu mhux biss il-valuri tagħhom bħala individwi, iżda wkoll dawk ta’ Malta bħala art twelidhom.
Bil-President jappella ħalli isem Malta jkompli jissemma bl-akbar rispett.
Huwa stmat li fl-Emirati Għarab Magħquda jgħixu mat-800 Malti u Maltija. Ħafna minnhom sabu opportunitajiet professjonali attraenti ħafna f’oqsma moderni u dinamiċi bħalma huma l-avjazzjoni, l-amministrazzjoni, it-teknoloġija tal-informatika, is-servizzi finanzjarji u l-ospitalità.
Fl-indirizz tiegħu, il-President ħeġġeġ lill-komunità Maltija fl-Emirati Għarab Magħquda sabiex ma jwarrbux l-ilsien Malti … speċjalment meta jikkomunikaw mat-tfal tagħhom. George Vella awgura wkoll li wħud mill-Maltin fl-Emirati Għarab Magħquda, jekk mhux kollha, fl-aħħar mill-aħħar jirritornaw Malta fejn il-poplu Malti u Għawdxi jkun jista’ jgawdi mill-esperjenzi u l-professjonalità li akkwistaw f’dawn is-snin ’il bogħod minn xtutna.
//= $special ?>