Mara ta’ 79 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum f’Wied il-Għajn.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7pm, meta f’dak il-ħin il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fil-Bajja tal-Fajtata.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li l-mara – residenti Wied il-Għajn stess – sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qiegħda tgħum f’din il-bajja.
Fil-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili li tellgħu l-mara fuq l-art, kif ukoll tim mediku li ta l-assistenza medika. Il-vittma ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġiet iċċertifikata li tinsab f’kundizzjoni serja.
Il-Maġistrat tal-Għassa Kevan Azzopardi ġie nfurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.
//= $special ?>