Futbol Sport

César Azpilcueta jilħaq ftehim ma’ Inter

Id-difensur internazzjonali Spanjol César Azpilicueta laħaq ftehim personali biex jingħaqad ma’ Inter dan is-sajf.

Jidher li Azpilicueta, li għandu 33 sena, jixtieq esperjenza f’kampjonat ġdid u għalkemm il-kuntratt tiegħu ma’ Chelsea jiskadi sena oħra, grazzi għar-relazzjoni brillanti bejn il-plejer u l-Blues, dawn tal-aħħar se jitterminawlu l-kuntratt biex ikun jista jingħaqad man-Nerazzurri.

Kif il-kuntratt ma’ Chelsea jkun terminat, Azpilicueta se jkun qed jasal Milan biex jiffirma kuntratt ta’ sentejn mal-finalisti tal-UEFA Champions League.

Azpilicueta ilu għaxar staguni ma’ Chelsea li matulhom rebaħ darbtejn il-Premier League, darba l-UEFA Champions League, darba l-FIFA Club World Cup, darbtejn il-UEFA Europa League, darba l-UEFA Super Cup u darba l-FA Cup.