Sport Sport Ieħor

Darts: Ħamrun Bayern u Birgu Boċċi Club bit-tieni rebħa konsekuttiva

Ħamrun Bayern u Birgu Boċċi Club komplew bis-serje ta’ riżultati pożittivi meta kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fit-tieni ġurnata tal-kampjonat tas-sajf tal-Malta Darts Association.

Fi grupp A, Ħamrun Bayern għelbu lil PO’s Bar Gudja 4-2 filwaqt li Birgu Boċċi Club iddominaw fir-rebħa ta’ 5-1 kontra Leah’s Bar. Wara dawn ir-riżultati iż-żewġ timijiet qed jaqsmu l-ewwel post ta’ dan il-grupp. Floriana MCP kisbu l-ewwel rebħa tal-kompetizzjoni wara li għelbu lil Fgura Maypole 4-2.

Fi grupp B, Floriana Ajax CC għelbu lil Juventutis Domus 5-1 filwaqt li Top Gun Bar u Duke’s Bar f’partita bilanċjata temmew fi draw ta’ 3-3.