Futbol Sport

Fabio Carvalho b’self għal staġun ma’ RB Leipzig

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder avvanzat ta’ Liverpool Fabio Carvalho, l-istaġun li ġej se jkun qed jilgħab fil-Bundesliga Ġermaniż ma’ RB Leipzig b’self għal staġun.

Il-Portugiż ta’ 20 sena lagħab 13-il darba ma’ Liverpool l-istaġun li għadda iżda għad irid jieħu post regolari fl-iskwadra ta’ Jurgen Klopp.

Carvalho ddebutta fil-Premier League ta’ 18-il sena wara li ma’ Fulham fiċ-Championship kellu prestazzjonijiet mill-aqwa u kien determinanti biex il-Cottagers kisbu l-promozzjoni fl-istaġun 2021/22.

Rapporti fil-media qed jgħidu li l-Ġermaniżi riedu jakkwistaw lil Carvalho b’mod permanenti iżda Klopp irrifjuta dan hekk kif il-Portugiż huwa parti mill-futur tar-Reds.

Il-ftehim ma jinkludiex l-għażla li jkun akkwistat b’mod permanenti u għalhekk Carvalho jerġa jirritorna ma’ Liverpool fi tmiem l-istaġun li ġej.