Għal dawk il-persuni li jixtiequ jinqatgħu mill-ħajja diġitali, fil-Finlandja hemm gżira li se ssir ‘phone-free’ tul is-sajf li ġej. Dan ifisser li dawk kollha li jaslu fuq din il-gżira se jkunu qed jintalbu biex jitfu l-mobile u jgawdu l-ambjent naturali.
Din il-gżira, li tinsab fil-Lvant tal-Golf fil-Finlandja, se tkun qed tagħti l-opportunità li wieħed idaħħal il-mobile ġewwa u ma jidħolx fuq il-midja soċjali.
Il-gżira toffri post fejn wieħed jista’ jimxu madwar il-gżira mimlija flora u fawna u saħansitra jara diversi għasafar differenti, b’dawk li jżuru jistgħu jagħmlu lejl hemmhekk f’kamp jew kabina.
//= $special ?>