“Għadhom mhux qed jifmhu l-emerġenza u l-urġenza li Malta u Għawdex għaddejjin minnhom. Mid diskussjoni ma jidhirx li qed jinħass li l-Gvern qiegħed jifhem is-sentiment tal-poplu.”
Sostna dan l-attivist u kelliem għall-Moviment Graffitti Andre Callus il-Ġimgħa waranofsinhar wara li l-Prim Ministru Robert Abela u membri tal-Gvern kellhom laqgħa ma numru ta’ rappreżentanti tal-NGOs wara li fil-jiem li għaddew ġiet organizzata l-manifestazzjoni Xebbajtuna – protesta kontra l-qerda tal-ambjent f’pajjiżna.
Kollox qiegħed jindika li hemm impenn sabiex din il-konverżazzjoni tibqa’ għaddejja u kien hemm saħansitra xi punti li qablu dwarhom ukoll …għalkemm l-attivisti aċċertaw li l-protesti se jkunu qed ikomplu.
Andre Callus insista li l-Gvern għadu fuq in-naħa tal-iżviluppatur u mhux tal-poplu.
Tkellem ukoll il-President ta’ Din l-Art Ħelwa Alex Torpiano fejn saħaq li jifhem li r-realtà ta’ Malta hija waħda diffiċli u li biex tirranġa u tnaddaf kollox jeħtieġ impenn kbir; iżda issa jeħtieġ li l-politiċi kollha jaraw x’inhi l-prijorità tagħhom.
Andre Callus insista li l-Gvern bħal donnu qed jiċħad li hemm bżonn li jitranġa xi ħaġa fl-awtoritajiet Ambjentali…
U filwaqt li forsi l-Gvern qiegħed jifhem li jeżistu problemi ambjentali f’pajjiżna, il-membri tal-Kabinett m’għandhomx idea tas-sentiment li qed jinħass qalb il-poplu.
Intant ukoll li hemm impenn miż-żewġ naħat sabiex id-diskussjoni tkompli.
//= $special ?>