L-emenda li l-Gvern ppreżenta aktar kmieni llum hija r-rebħa tal-ħajja fuq min irid idaħħal l-abort f’pajjiżna. L-emenda tfisser u-turn oħra mill-Gvern ta’ Robert Abela.
Permezz ta’ stqarrija, il-Partit Nazzjonalista fakkar illi dejjem kien konsistenti meta insista li l-liġijiet ta’ pajjiżna għandhom joffru ċertezza legali u protezzjoni għan-nisa tqal, it-trabi fil-ġuf u l-professjonisti fil-qasam tas-saħħa f’każ meta jkun meħtieġ intervent biex tiġi salvata l-ħajja tal-omm li tkun tinsab f’periklu ċar.
Għalhekk il-Partit Nazzjonalista, il-Grupp Parlamentari b’mod unanimu, iqis l-emenda li tressqet mill-Gvern aktar kmieni llum bħala rebħa għall-ħajja. Bl-approvazzjoni ta’ din l-emenda mill-Parlament se jiġi dikjarat li l-abort m’għandux jidħol f’pajjiżna.
Il-Partit Nazzjonalista jinsisti li Robert Abela u l-Membri Parlamentari tal-Partit Laburista għandhom jiddikjaraw li fil-futur mhumiex ser ifittxu li jagħmlu emendi oħra għal-liġijiet ta’ pajjiżna li bihom jerġgħu jippruvaw jintroduċu l-abort f’pajjiżna.
Permezz ta’ laqgħa bejn il-Grupp Parlamantari, il-Partit Nazzjonalista jsostni li għadu u ser jibqa’ l-unika forza politika li b’mod konsistenti u dikjarata huwa favur il-ħajja f’pajjiżna.
//= $special ?>