L-eks ministru Laburista Evarist Bartolo jinsisti li hemm bżonn taħriġ adekwat għall-politici sabiex jiżviluppaw ħiliet ta’ tmexxija u valuri etiċi, ħalli huma jkunu jistgħu jservu l-poplu b’mod effettiv u demokratiku. Dan qalu f’artiklu li ġie ippublikat fit-Times of Malta.
Evarist Bartolo stqarr illi d-demokrazija titfarrak mhux biss minħabba l-kwalità tal-politiċi eletti, iżda wkoll meta nies inkompetenti bi kwalitajiet ta’ tmexxija batuti jiġu eletti f’pożizzjonijiet għoljin tas-settur pubbliku, fuq il-bażi tal-kulur jew lealtà politika.
U f’dik li tista’ titqies bħala botta diretta lejn Robert Abela u sħabu … Bartolo itenni li l-pajjiż jeħtieġ l-aqwa talenti sabiex jiggvernaw bl-aqwa mod possibli.
Filwaqt illi jinsisti li dawk li jfasslu l-politika jridu jkunu iżjed infurmati dwar kif id-dinja verament taħdem; u jkollhom għarfien bażiku dwar ix-xjenza, teknoloġija, u l-ekonomija – apparti wkoll moħħ kritiku.
Evarist Bartolo jitfa’ dawl anke fuq il-ħtieġa li l-Parlamentari jkunu full-time. Għaliex il-fatt li sal-lum għadhom part-time iżomm nies kompetenti milli jitħajru jipparteċipaw fil-politika.
Imbgħad, l-eks Ministru Laburista ma ddejjaq xejn jikktritika lill-Gvern dwar il-falliment tal-PBS. Hu jgħid illi jeħtieġ li nittrasformaw is-sistema tax-xandir nazzjonali sabiex ma tkunx loudspeaker tal-Gvern. Dan filwaqt li hemm bżonn soċjetà ċivili iżjed b’saħħitha biex iżomm lin-nies fil-poter responsabbli ta’ għemilhom.
//= $special ?>