Tista’ tgħid sfaxxat fix-xejn it-tama li kien hemm biex jinstabu ħajjin il-ħames persuni li għebbu flimkien mas-sottomarin li kienu fih fl-Oċean Atlantiku. Dan wara li apparat li tniżżel fiz-zona sab fdalijiet tas-sottomarin.
Hu maħsub li kien hemm implużjoni, li tfisser li s-sottomarin ma felaħx għall-pressjoni ta’ kilometri ‘l isfel li jkun hemm fil-fond tant li dan spiċċa tgħaffeġ kawża ta’ dan.
Is-sottomarin Titan ma deherx aktar waqt vjaġġ lejn is-sit fejn hemm il-fdaijiet tal-bastiment Titanic.
It-tfittxija għas-sottomarin – proprjetà tal-kumpanija OceanGate – sa mill-bidunett kienet diffiċli.
Qed jingħadd li fil-ħin li s-sottomarin tilef kull kuntatt, daqs siegħa u tliet kwarti wara li beda l-vjaġġ tiegħu, apparat għal tal-apposta qabad ħoss ta’ splużjoni tant li dawk involuti fit-tfittxija diġa’ kienu ssaponew x’seta’ ġara.
Is-sottomarin telaq għall-vjaġġ tiegħu nhar il-Ħadd fejn abbord kien hemm ħames persuni, biljunarju ta’ 48 sena, Shahzada Dawood li kien xtara passaporti Malti lura fl-2016, ibnu ta’ 19-il sena, biljunarju Ingliż, eks-bugħaddas tan-Navy, u l-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija OceanGate.
//= $special ?>