Il-Gvern, dalgħodu, preżenta l-emendi għal-liġi kontroversjali li kienet ġibdet kritika enormi – u anke protesti fit-toroq – minħabba li kienet se ddaħħal l-abort; xi ħaġa li issa, dwarha, il-Prim Ministru Robert Abela għamel u-turn.
Iżda biex iħabbar din il-u-turn, Abela uża lil Chris Fearne. Bl-għaqda Life Network Foundation tgħid li kien kienet rebħa għal min ikkampanja ‘Le Għall-Abort’.
F’konferenza għall-media, il-Ministru Fearne qal li b’dawn l-emendi “illum qegħdin nikkwalifikaw xi tfisser periklu gravi”. Dawn l-emendi issa qed jipproteġu, kif ried il-PN, kemm lill-omm u anke lit-tobba.
//= $special ?>