Lokali Qorti

Każ fuq teħid ta’ ġurament falz irid jerġa jinstema’ fuq data nieqsa – kollox beda minn akkuża ta’ bigamija

Il-Qorti tal-Appell Kriminali preseduta mill-Imħallef Neville Camilleri bagħatet sentenza lura lill-qorti tal-maġistrat wara li nnotat li kundanna ta’ ġurament falz kontra raġel fuq l-istat ċivili tiegħu kellha data nieqsa. Il-Qorti bagħtet il-każ lura biex jiġi rranġat l-iżball u għalhekk trid terġa’ tingħata s-sentenza.

Danny David Doneo kien ġie mixli li ffalsifika digriet tal-qorti, wettaq bigamija (reġa’ żżewweġ waqt li kien miżżewweġ) u ta xhieda falza. Il-Qorti kienet semgħet kif ir-raġel kien allegatament daħal fit-tieni żwieġ f’Awwissu tal-2002 bis-saħħa ta’ digriet tal-qorti, li sostna li l-ewwel żwieġ tiegħu kien ġie. Dak id-dokument, madankollu, irriżulta li kien falsifikat.

Spunt interessanti f’dan il-każ huwa li r-raġel kien ħa l-annullment tal-knisja fuq l-ewwel żwieġ fejn iddikjarat li dan qatt ma kienx ġie kkunsmat. L-anomalija kienet ġiet innutata biss fl-2016 meta l-ewwel mara ta’ Doneo kienet ippruvat iġedded l-passaport tagħha.

Madankollu, Doneo ma nstabx ħati mill-akkużi ta’ bigamija u falsifikazzjoni f’Ottubru tas-sena l-oħra, bil-Qorti sabitu biss ħati ta’ ġurament falz u kkundannat erba’ xhur ħabs, sospiżi għal 18-il xahar. Id-difiża tiegħu hi lesta li jekk il-każ jerġa’ jinstema’ mill-ġdid anke fil-każ ta’ bigamija, tkun se titlob in-“nolle prosequi” il-każ jaqa’ minħabba li l-annulament tal-knisja jimxi pari passu mal-annullament ta’ l-istat.

L-Avukat Ġenerali appella, u sostna li l-ewwel qorti naqset milli tapplika wkoll interdizzjoni ġenerali, li għandha ssegwi kundanna ta’ ġurament falz. Iżda l-Imħallef Neville Camilleri ma ddeċidiex fuq il-merti tal-appell wara li nnota li s-sentenza inkwistjoni speċifika biss ix-xahar u s-sena iżda mhux il-ġurnata li fiha ngħatat.

L-imħallef innota li għalkemm dan ma ħassarx awtomatikament is-sentenza, peress li kien evidenti li dan kien żball klerikali, id-data kienet parti essenzjali tad-dokument tal-qorti. Biex ma ċċaħħadx lill-appellant mid-dritt tiegħu li jressaq appell fuq il-mertu, l-imħallef bagħat l-atti tal-proċeduri lura lill-Qorti tal-Maġistrati biex terġa’ tagħti s-sentenza. L-Avukat Matthew Xuereb deher għal Doneo.


ddikjarat li każ dwar teħid ta’ ġurament falz li jmur lura aktar minn 20 sena għandu jerġa’ jinstema’. Ir-raġel ta’ 37 sena kien qed jiġi akkużat li wettaq bigamija (żżewweġ żewġ nisa). Ta’ min isemmi li sakemm baqgħet għaddejja l-kawża, żwieġ minnhom kien ġie annullat mill-Knisja Kattolika.

L-appell Appella li sar mill-Avukat Ġenerali jgħid li ma kienx qed jaqbel ma’ l-ewwel sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati minħabba li meta ngħata sentenza sospiża lanqas biss ingħata interdizzjoni ġenerali talli nstab ħati li kien ħa ġurament falz.

Danny David Doneo, ma kienx instab ħati mill-ewwel qorti li wettaq bigamija u lanqas li ffalsifika xi atti li kien hemm fihom ordni jew deċiżjoni tal-Gvern ta’ Malta, digriet jew ordni ta’ xi Qorti u lanqas li għamel użu minn dawn l-atti biex jieħu xi vantaġġ.

Huwa lanqas ma nstabx ħati li nhar is-27 ta’ Settembru 2002, f’Malta filwaqt li kien seħħ żwieġ leġittimu ma’ mara għamel żwieġ ieħor ma’ mara oħra. Kien fl-14 ta’ April 2016, ġewwa l-bini tal-Qrati tal-Ġustizzja,
li hu nstab ħati li ħalef falz quddiem Maġistrat.

F’Ottubru li għadda l-Ewwel Qorti kienet ikkundannat lil Doneo għal erba’ xhur priġunerija sospiżi għal 18 il-xahar u ordnat ukoll li l-ħati jħallas lirReġistratur tal-Qorti l-ispejjeż tal-esperti maħtura fl-inkjesta s- somma komplessiva 1,139.87 fi spejjeż tar-rapport ta’ l-espert.

L-Avukat Ġenerali ppreżentat talab lil-Qorti sabiex tirriforma s-sentenza billi tikkonferma f’dik il-parti fejn sabitu ħati tal-ħames imputazzjoni u tikkonferma l-parti fejn ma sabitux ħati. Wara li semgħet is-sottomissjonijiet finali bil-fomm tal-Avukat Ġenerali u rat li l-konsulent legali ta’ Doneo ma ppreżenta l-ebda nota ta’ sottomissjonijiet l-Avukat Ġenerali lmenta li l-Ewwel Qorti naqset milli tapplika l-piena ta’ interdizzjoni konġuntivament mal-piena ta’ priġunerija t-terminu ta’ liema kien sospiż.

L-AĠ qal li Doneo instab ħati talli ħalef il-falz quddiem Maġistrat u b’liġi li jagħti ġurament liema reat jgħid huwa kkontemplat il-piena ta’ interdizzjoni ġenerali kif ukoll l-interdizzjoni milli jservi bħala xhud, ħlief quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja, u bħala perit, f’kull każ li jkun, għal żmien minn ħames snin sa għaxar snin.

Il-Qorti tal-Appell qalet li ma tipproċedi jkun opportun li jiġi nnutat li s-sentenza mogħtija mill-Ewwel Qorti ma għandhiex fuqha l-ġurnata li fiha suppost ingħatat b’dan illi jiġi speċifikat li filwaqt li x-xahar u s-sena huma ndikati, il-ġurnata m’hijiex.

Illi l-ġurisprudenza tgħallem li mhux kull irregolarità jew impreċiżjoni li jista’ jkun hemm fis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati twassal għan-nullità tagħha. “Il-Qorti, meta tagħti s-sentenza kontra l-imputat, għandha tgħid il-fatti li tagħhom dan ikun ġie misjub ħati, tagħti l-piena u ssemmi l-artikolu ta’ dan il-Kodiċi jew ta’ kull liġi oħra li tkun tikkontempla r-reat.”

Is-sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati tkun ċara u ma toħloq l-ebda inċertezza f’moħħ l-imputat għal dak li jirrigwarda d-dikjarazzjoni ta’ ħtija fil-konfront tiegħu. Għandu jingħad li n-nuqqas ta’ indikazzjoni preċiża tad-data fuq sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati mhix waħda minn dawk ir-rekwiżiti li jinsabu mniżlin f’Artikolu 382 tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Iżda dan in-nuqqas ġie interpretat mill-ġurisprudenza bħala nuqqas ta’ dettall indispensabbli għall-validità ta’ dik is-sentenza. Id-data tas-sentenza mhix formaliżmu żejjed iżda parti essenzjali mis-sustanza tas-sentenza in kwantu tipprovdi ċertezza dwar iż-żmien tal-ġudizzju.

Huwa rekwiżit tant ovvju kwantu jassigura r-retta amministrazzjoni tal-ġustizzja minħabba li minbarra li jiċċirkoskrivi l-parametri temporali perentorji tad-dritt tal-appell tal-partijiet minn dak il-ġudizzju.

Il-Qorti qalet li tinnota li n-nuqqas li tiġi msemmija l-ġurnata ta’ meta suppost ingħatat is-sentenza appellata fuq l-istess sentenza msemmija jwassalha sabiex tannulla s-sentenza. Għal kull buon fini din il-Qorti qalet li għandu jiġi preċiżat li s-sentenza mogħtija mill-Ewwel Qorti mhijiex qed tiġi annullata minħabba li fuqha m’hemmx imniżżel jekk il-ġurnata kinitx it-Tnejn, it-Tlieta eċċ pero’ għax ma kienx hemm fuqha l-ġurnata msemmija per se.

Għal dawn il-motivi, il-Qorti qalet li qed tirrevoka s-sentenza appellata u, biex ma tipprivax lill-partijiet mill-benefiċċju ta’ l-eżami doppju, qed tirrinvija l-atti lill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali sabiex Doneo jerġa’ jitpoġġa fil-pożizzjoni li kien immedjatament qabel ma ġiet pronunzjata s-sentenza appellata u biex terġa’ tingħata sentenza mill-ġdid skont il-liġi.


Onor. Dr. Neville Camilleri
Imħallef


Alexia Attard
Deputat Reġistratur